Raġel minn San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn fuq il-mutur fi Triq il-Kosta, limiti tan-Naxxar.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.30 meta għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 56 sena tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha.
Fuq il-post ġie msejjaħ immedjatament tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>