Lokali

Net News jiltaqa’ maż-żeffien Bobby Dacones

Dan hu z-zeffien Amerikan Bobby Dacones. Zeffien li kkollabora ma’ diversi kontanti rinomati. Hu ntagħżel ukoll għal films bħal The Muppet Movie, riklami ta’ Reebok u Heineken kif ukoll episodji ta’ X-Factor, Dancing With The Stars u Billboard Music Awards.

Fl-aħħar jiem Bobby Dacones kien f’pajjiżna jgħallem  tfal u żgħażagħ Maltin f’diversi workshops.

Net News iltaqa’ b’mod esklussiv ma’ Dacones, li jiddeskrivi ż-żfin bħala l-ħolma li dejjem kellu.

Iżda jgħid li minkejja sigħat twal ta’ prattika kuljum, ma jqisx li għamel xi sagrifiċċju.

Minkejja dan jirrikonoxxi li kellu bżonn ħafna ħidma u determinazzjoni. Kien hemm mumenti fejn intelaq waħdu, jibki, u jaħseb li ma kienx kapaċi.

B’opportunitajiet li jaħdem ma’ artisti bħal Selena Gomez, Zendaya, Missy Elliot, Will.I.Am., Miley Cyrus, Justin Timberlake u Ariana Grande fost l-oħrajn, l-aqwa mument għalih kienet kollaborazzjoni għal leġġenda tal-mużika.

Din kienet it-tieni darba li Dacones żar pajjiżna, wara li fl-Isle of MTV tal-2012 żifen flimkien ma’ Will.i.am.

B’udjenza li ħafna minnha ffurmata minn tfal u żgħażagħ, jgħid li xogħlu qed itih l-opportunità li jgħin itella’ ġenerazzjoni ġdida ta’ żeffiena u jwassal messaġġ importanti.

Dacones kien f’pajjiżna grazzi għall-kollaborazzjoni u ħbiberija li għandu maż-żeffien Malti Wayne Bonello, li rritorna f’Malta wara żmien twil jgħix fl-Istati Uniti.

Fost l-attivitajiet organizzati, kien hemm l-opportunità li tfal u żgħażagħ li jaspiraw li jsiru żeffiena jistaqsu lil Dacones dwar il-karriera tiegħu, id-diffikultajiet li ltaqa’ magħhom imma wkoll l-opportunitajiet li kiseb.