Lokali

Sigħat wara l-ultimatum ta’ Muscat: Iktar minn 90% tal-piloti jivvotaw favur azzjoni industrijali

Wara li iktar kmieni, il-Prim Ministru Joseph Muscat kompla żied il-pressjoni u ta ultimatum lill-piloti, iktar minn 90% tal-piloti wieġbu billi vvutaw favur li tittieħed azzjoni industrijali.

Il-Membri tal-Assoċjazzjoni tal-Piloti l-ALPA, kienu mitluba jivvutaw dwar jekk l-assoċjazzjoni għandhiex tordna azzjonijiet industrijali li jistgħu jinkludu sospensjoni tas-servizz tal-ajru. Kważi l-piloti kollha ivvutaw sabiex tittieħed azzjoni industrijali. Fil-fatt minn 110 piloti, 101 ivvotaw favur u 9 piloti biss ivvotaw kontra.

Il-Gvern jhedded li se jwaqqaf linja tal-ajru oħra jekk ma jkunx hemm qbil mal-bdoti tal-Air Malta