It-Tnejn filgħodu kien hemm ġlied qalil madwar l-ajruport ta’ Mitiga fil-kapitali Libjana Tripli. Ġlied li wassal għas-sospensjoni tat-titjiriet kollha minnu u ħalla tal-anqas disa’ persuni mejta.
Il-ġlied qalil seta’ jinstema’ minn diversi partijiet tal-kapitali Libjana. Fih kienu mdaħħla truppi mill-Forza Speċjali ta’ Deterrenza (Rada), wieħed mill-aktar gruppi b’saħħtu fi Tripli, kontra grupp ta’ ġellieda avversarju bażat fiz-zona ta’ Tajoura fi Tripli magħrufa bħala l-Brigata 33.
Ġlied qalil madwar l-ajruport ta’ Mitiga


