Lokali Parlament

Il-Gvern jaċċetta s-smigħ fil-parlament ta’ persuni f’karigi pubbliċi iżda jħalli barra entitajiet ewlenin fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali

Il-Parlament - Mill-Arkivji

Il-Gvern aċċetta li persuni li jkunu nominati f’ċertu karigi pubbliċi jkunu skrutinizzati iżda baqa’ jinissti li l-ogħla akrigi tal-pajjiż – inkluż il-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kap tal-Forzi Armati Maltin, il-Kap taċ-Ċivil u l-Avukat Ġenerali – jibqgħu barra mill-iskrutinju.

F’diskussjoni fil-parlament dwar il-Liġi li Temenda l-Amministrazzjoni Pubblika l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li kien hemm diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u qal li n-numru ta’ membri tal-Kumitat li jiskrutinja lil persuni li jinħatru f’awtoritajiet regolari u ambaxxaturi mhux tal-karriera se jiżdied, min hu fil-kariga ma jgħaddix mill-proċess iżda minn wara li tgħaddi l-liġi jrid ikun skrutinizzat, irid ikun l-approvazzjoni tal-parlament biex persuna titneħħa mill-lista ta’ skrutinju, is-smigħ se jkun obbligatorju wara l-proċess tal-kitba waqt li l-ministru jista’ jagħmel acting appointment għal sitt xhur.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-gvern wera rieda li wara l-istadju ta’ kumitat saru laqgħat twal dwar l-emendi li jridu jsiru. Il-Gvern kien miftuħ għad-diskussjoni dwar il-liġi u l-ikbar pass pożititv kien dwarl-iskrutinju li qabel ma kinx obbligatorju.

L-emendi huma kollha suġġerimenti tal-Oppożizzjoni. Il-mistoqsijiet se jkunu marbutin mal-persuna u m’hemmx irbit dwar il-mistqosijiet. L-Oppożizzjoni ma tridx skuritinju ta’ persuni li diġà ambaxxaturi iżda l-inkwiet kien li jkun hemm persuni bla relazzjoni mal-korp diplomatiku u l-gvern jaħtarha ambaxxatur. Għalhekk l-Oppożizzjoni pproponiet li jsir skrutinju tal-ambaxxauri li ma jkunux tal-karriera.

id-deputat Nazjzonalista qal li n-nuqqas ta’ qbil hu dwr liema akrigi fihom isir skrutinju għaliex il-gvern qed iħalli barra l-ogħla karigi fosthom il-Kap taċ-Ċivil, il-Kap tal-FAM u l-Kummissarju tal-Pulizija. L-Oppożizzjoni temmen li dan l-iskrutinju kellu jsir. L-Opożizzjoni tinistsi li ż-żewġ karigi ogħlja fl-Awtorità tal-Ippjanar għandhom ikunu skrutinizzati iżda l-Gvern qed jibqa’ jinsisti fuq il-pożizzjoni tiegħu.

L-Opożizzjoni irtirat l-emendi biex ivvutat favur l-emendi tal-Oppożizzjoni ħlief għall-klawsola waħda dwar il-karigi ogħlja li kellhom ikunu skrutinzzati.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil appella lill-Gvern biex jaċċetta l-emenda tal-Opożizzjoni li żżid il-karigi pubbliċi li jridu jkunu skrutinizzati. Hu qal li l-liġi hi aspett tajjeb li fuqha hemm qbil iżda l-Gvern qed jibqa’ jinsisti li mhux il-karigi kollha jkunu skrutinizzati. Simon Busuttil semma’ lill-Kummissarju tal-Pulizija u qal li dan għandu jgħaddi minn skrutinju parlamentari għalkemm l-Oppożizzjoni tixtieq li dan ikun maħtur b’voti taż żewġ terzi tal-parlament.

Dwar l-Avukat Ġenerali, Simon Busuttil qal li din hi kariga li tinsab f’kontroversja enormi għaliex l-Avukat Ġenerali naqas b’mod serju mid-dmirijiet tiegħu u għalhekk għandha tiddaħħal fil-lista tal-kariga li jkunu skrutinizzati. Simon Busttil semma’ wkoll l-Awtorità għas-Saħħa is-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol li l-Gvern m’aċċettax li tidddaħħal kif sar f’każi ta’ awtoritajiet oħra. L-awtoritajiet kollha għandhom ikunu trattati l-istess.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni hi li l-ogħla karigi fil-pajjiż jinħatru b’żewġ terzi tal-parlament. Hu qal li l-Avukat Ġenerali preżenti naqas minn dmiru u l-Oppożizzjoni xorta tikkritikah minkejja li dan kien appuntat minn Gvern Nazzjonalista. Dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew, Simon Busuttil qal li l-Avukat Ġenerali ħareġ taċ-ċajt quddiem id-delegazzjoni għaliex id-delegazzjoni qaltlu li għandu dritt joħroġ ordni ta’ investigazzjoni meta jkun hemm rapport tal-FIAU iżda m’użahiex.

L-Avukat Ġenerali qal lill-Kumitat tal-Parlament Ewropew li biex l-ordni ta’ investigazzjoni tinħareġ irid ikun hemm evidenza konkreta biex jipproċedi fil-qorti. L-Avukat Ġenerali qal li r-rapporti fil-media u tal-FIAU li hemm li jsemmu lill-Ministru Konrad Mizzi u lil Keith Schembri m’humiex biżżejjed.

Dan meta l-FIAU li jmexxi hu stess sabet provi biżżejjed, sostna Simon Busuttil, li kompla li l-Avukat Ġenerali naqas mid-doveri tiegħu. Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew semmeit il-konflitt li għandu l-Avukat Ġenerali għal fuq naħa jagħti pariri lill-gvern u fuq naħa oħra jrid jieħu passi kontra l-ogħla nies fl-istess gvern.

Anki l-Prim Imħallef tkellem mad-delegazzjoni u enfażizza l-importanza li l-kariga tal-Avukat Ġenerali jkollha responsabbiltajiet separati bejn dik ta’ konsulent tal-gvern mir-rwol ta’ prosekutur. Il-Prim Imħallef qal ukoll li tul is-snin l-Avukat Ġenerali dejjem kien kapaċi dwar san għandu jasal bħala konsulent u bħala prosekutur biex ma jkunx hemm konflitt ta’ interess iżda issa le. Din hi kundanna kbira ġejja mill-Prim Imħallef fil-konfront tal-Avukat Ġenerali.