Il-Partit Nazzjonalista ingħata raġun għan-nomina ta’ John Rizzo bhala membru fuq il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni. Dan hekk kif il-Gvern ikkonferma li l-għażla ta’ John Rizzo hi waħda valida u għalhekk se jkun qed jgħaddi l-isem ta’ Rizzo lill-president ta’ Malta biex tipproċedi għall-ħatra tiegħu.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia meta nnomina lil John Rizzo qal li din in-nomina se tkun qed issahhah l-istituzzjonijiet ta’ pajjizna.
John Rizzo, li ghandu 61 sena, serva fil-Korp tal-Pulizija ghall-39 sena shah bi 12 minnhom jokkuppa l-kariga ta Kummissarju tal-Pulizija.
Is-sur Rizzo serva wkoll ghall-3 snin bhala Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Tul il-karriera tieghu fil-Korp tal-Pulizija John Rizzo mexxa bosta każzi ta’ investigazzjonijiet kriminali li wasslu sabiex jigu rizolti bosta kazi ta’ portata, fosthom kazi ta’ korruzzjoni b’mod partikolari l-kaz ta’ korruzzjoni ta’ ex imhallfin.
//= $special ?>