Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru fl-inħawi tal-kappella ta’ San Dimitri, l-Għarb.
Is-sejba saret dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja.
Ir-raġel maqtul hu Eġizzjan, Walid Salah Mohamed, u hu miżżewweġ Għawdxija kif ukoll hu missier ta’ żewġt itfal. Kollox jindika li l-qattiel ġarrab ġrieħi serji bi strument li jaqta u bil-ponta.
Fil-post wasslu uffiċjali tal-pulizija mis-sezzjoni tal-Forensika tal-Pulizija li issoktaw bl-investigazzjonijiet.
Il-Maġistrat tal-għassa Paul Coppini ħatar ukoll diversi esperti biex jgħinuh fl-inkjesta.
//= $special ?>