Lokali

ILLEJLA F’NET LIVE: Is-saga tal-Actavis, sensji u wegħdi li ma nżammux

Għada l-ġurnal In-Nazzjon bid-dettalji kollha ta' din l-istorja u l-kummenti tal-ħaddiema li se jispiċċaw bla xogħol

 

Dawn il-wegħdiet kollha sfumaw fix-xejn – il-ħaddiema tal-Actavis fil-fabbrika ta’ Ħal Far se jispiċċaw qegħda sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Kien il-programm Net Live illi żvela din l-istorja, u kif il-Malta Enterprise, f’isem il-Gvern, kellha tiggarantixxi l-pagi tal-ħaddiema għall-ġimgħat li ġejjin sakemm il-fabbrika ta’ Ħal Far tbiddel l-idejn.

Qabel l-elezzjoni ġenerali, Muscat kien ta garanzija ta’ xogħol lill-ħaddiema tal-Actavis. Din l-istess garanzija tax-xogħol lill-ħaddiema tal-Actavis ingħatat ukoll mill-Ministru Chris Cardona. Jekk il-ħaddiema jitkeċċew, dawn is-sensji isegwu numru ta’ sensji oħra li ingħataw minn Novembru 2016 ‘l hawn. F’temp ta’ sena kienu diġa’ tkeċċew ‘il fuq minn 200 ruħ. U issa, se jitkeċċew aktar ħaddiema mill-Actavis ta’ Ħal Far.