Lokali

L-Air Malta tilħaq ftehim mal-piloti

L-Air Malta laħqet ftehim mal-piloti wara diversi xhur ta’ diskussjonijiet.

Fi stqarrija konġunta bejn il-Gvern, l-Air Malta u l-Unjin tal-Piloti, l-ALPA ħabbru li ntlaħaq qbil dwar ftehim kollettiv ġdid mal-piloti biex jitressaq lill-membri tal-ALPA għall-approvazzjoni tagħhom.