Lokali

Tfajla ssofri ġrieħi wara inċident f’Raħal Ġdid

Tfajla ta’ 30 sena qed issofri minn xi ġrieħi wara inċident li seħħ fi Triq Vjal Santa Luċija, hekk kif wieħed jaqbeż it-traffic lights fi tmiem Triq Aldo Moro, fil-Marsa.

Jirriżulta li għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar seħħ impatt bejn vettura tat-tip BMW 120d misjuqa minn żagħżugħ ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar, u Toyota Starlet tat-tfajla li hi residenti ż-Żejtun.

Mal-impatt, it-tfajla tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u spiċċat fi Triq l-Arkata, nofsha f’ditch li jdawwar ġibjun li jinsab fil-ġenb ta’ din it-triq.

Konsegwenza tal-inċident, it-tfajla kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident.