Internazzjonali

Tmut Dolores O’Riordan – il-kantanta ta’ The Cranberries

Tħabbret il-mewt ta’ Dolores O’Riordan, il-kantanta tar-Rock Band Irlandiża The Cranberries, hekk kif mietet ħabta u sabta f’Londra, fl-età ta’ 46 sena.

Kelliem għall-kantanta ta din l-aħbar li ħasdet lil bosta, fejn spjega li O’Riordan kienet tinsab Londra hekk kif kienet qed tirrekordja.

Is-sena l-oħra The Cranberries ħabbru li kienu ser iwettqu tour madwar l-Ewropa madanakollu f’Mejju tal-2017 kienu kkanċellaw il-pjanijiet minħabba saħħet il-kantanta.

Il-band minn Limerick laqħet il-quċċata tax-xena mużikali fis-snin 90 b’fost oħrajn bil-kanzunetti Zombie, Linger u Dreams.