Lokali

‘Beauty and the Beast’ l-aktar li ntwera’ fis-swali taċ-ċinema lokali

Ippublikata l-lista tal-aktar 10 films popolari f'pajjiżna bejn Diċembru 2016 sa Diċembru 2017

Il-film Beauty and the Beast li ħareġ f’Marzu tas-sena l-oħra hu l-aktar film li ntwera fis-swali taċ-ċinema lokali.

Dan ħareġ minn lista ta’ 10 films li ħarġet il-kumpanija li tidistribwixxi l-films f’pajjiżna l-KRS.
Minn din il-lista joħroġ li l-aktar 10 films li ntwerew bejn il-21 ta’ Diċembru tal-2016 sad-19 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, kienu; Beauty and the Beast, Fast and Furious 8, Fifty Shades Darker, Despicable Me, Assassin’s Creed, Spider-Man; Homecoming, Pirates of the Caribbean; Salazar’s Revenge, Star Wars; The Last Jedi, Paddington 2 u l-film IT.

Il-film Beauty and the Beast li l-attriċi prinċipali fih kienet Emma Watson deher fis-swali taċ-ċinema lokali għal 13-il ġimgħa.

Wara Beauty and the Beast l-aktar popolari kien Fast and Furious 8 u Fifty Shades Darker. Fir-raba post Despicable Me 3 u warajh Assasin’s Creed.

Naturalment dawn l-10 films bdew jidrhu fis-swali taċ-inema f’xhur differenti b’uħud minnhom bħall-film Paddington 2 u IT ħarġu ftit tax-xhur ilu, għal ħabta ta’ Settembru u Ottubru tas-sena l-oħra.

Il-Film Paddington 2 u l-film Star Wars; The Last Jedi għadhom qed jixxandru fis-swali taċ-ċinema.