Ikompli d-diżastru u l-ambjent inuman li qed jgħixu fih il-pazjenti tal-isptar Monte Karmeli. Dan hekk kif investigazzjoni li għamel Net News waslet biex ksibna ritratti esklussivi tal-istat li qed jgħixu fih dawn il-pazjenti. B’sodod maġenb xulxin, bla ebda privatezza, u bil-kmamar tal-banju saħansitra bil-madum u ħġieġ imkisser. L-ewwel reazzjoni tagħna hekk kif għexna dan l-ambjent kienet dik ta’ xena minn sptar tat-tieni gwerra dinija. Huwa inuman l-istat li qed jgħixu fih dawn il-pazjenti, pazjenti li tant għandhom bżonn għajnuna.
Madanakollu l-pazjenti, b’mod partikolari dawk tas-sala 3A jgħixu f’kundizzjonijiet “tal-biki” bl-ilma jqattar u pajpijiet bl-ilma ħiereġ minnhom.
Din mhux l-ewwel darba li Net News irraporta dwar l-istat diżastruż li jinsab fih l-isptar Monte Karmeli. F’Novembru li għadda Net News irraporta li ċedew xi soqfa f’dan l-isptar, dan wassal biex pazjenti litteralment bdew jgħixu f’sala li għandha s-soqfa li qed iċedu u bit-trab ma’ kullimkien.
Dan apparti li fl-aħħar ġimgħat fl-isptar Monte Karmeli miet pazjent kawża tal-leġionella. Il-pazjent kellu 50 sena u miet wara li kien infettat bil-leġionella mis-sistema tal-ilma tal-isptar.
Persuni li tkellimna magħhom qalulna li għar minnhekk, is-sitwazzjoni fl-isptar hija diżastruża għaliex l-ebda persuna mhi tieħu responsabbilta’ bil-ħatriet fl-amministrazzjoni huma kollha nies qrib il-Partit Laburista u mingħajr esperjenza f’dan il-qasam, bl-aħħar ħatra tkun dik tas-Sindku Laburista ta’ Santa Venera Stephen Sultana bħala Kap Eżekuttiv tal-isptar.
//= $special ?>