Splużjoni qawwija li qerdet bini residenzjali fil-belt ta’ Antwerp x’aktarx li kienet ikkaġunata mill-gass, bil-pulizija teskludi għal possibbiltà ta’ terrorizmu.
F’din l-isplużjoni, fi triq ċentrali, mietu talanqas żewġ persuni, bi tliet bini oħra jġarrbu l-ħsarat b’konsegwenza. L-aħħar rapporti rreferew għal erbatax midruba, b’wieħed minnhom ikun dikjarat f’kundizzjoni kritika.
L-iskwadri tas-salvataġġ elevaw iż-żewġ katavri dalgħodu, ftit sigħat wara li tliet persuni kienu nstabu ħajjin qalb ir-radam.
Il-Belġju ilu fuq stat ta’ allert għoli mindu seħħew sensiela ta’ splużjoni suwiċida fi Brussell, fl-2016.
//= $special ?>

