Internazzjonali

Il-mewta tal-kantanta tal-Cranberries mhix suspettuża

Il-mewta xokkanti ta’ Dolores O’Riordan, il-kantanta ma’ The Cranberries, mhix titqies bħala waħda suspettuża mill-Pulizija fir-Renju Unit. Intant, il-pulizija konfermaw li qed jitħejja rapport għall-maġistrat inkwerenti biex jinvestiga l-kawża tal-mewt partikulari.

O’Riordan, Irlandiża mill-belt ta’ Limerick, mietet ħabta u sabta nhar it-Tnejn, f’Londra, fl-età ta’ 46 sena. Il-pulizija li kienu kuntattjati bil-każ u li marru f’lukanda ta’ Park Lane qalu li ‘sabu mara li kienet ikkonfermata mejta fuq il-post’. Imkejjen qrib il-kantanta qalu li hi kienet marret Londra għal sessjoni ta’ rekording li ma kellux jieħu ż-żmien.

Il-grupp The Cranberries kiseb suċċess kbir fis-snin disgħin, b’kanzunetti bħal Linger u Zombie. Il-membri l-oħra tal-grupp, Noel Hogan, Fergal Lawler u Mike Hogan, fl-aħħar sigħat, raddew ġieħ lil Dolores O’Riordan fuq il-media soċjali fejn fissruha bħala ‘talent straordinarju li kienu ilhom qrib tagħha mill-1989’.

Il-President Irlandiż, Michael D Higgins, esprima niket ‘għat-telfa kbira’ u sostna li  O’Riordan u l-Cranberries influwenzaw sew il-mużika popolari fl-Irlanda u fuq livell internazzjonali.