Lokali

“Ixxokjati li l-kantanta ta’ The Cranberries mietet fl-istess lukanda li ninsabu fiha” – Josmar u Ryan

Iż-żewġ preżentaturi lokali Ryan Borg u Josmar illejla sabu dak li qatt ma stennew, fejn waqt li saru jafu bil-mewt tal-kantanta tal-grupp The Cranberries, aħbar li ħasdet id-dinja mużikali, huma nħasdu aktar hekk kif irritornaw fil-lukanda tagħhom f’Park lane f’Londra u saru jafu li l-kantanta Dolores O’Riordan mietet f’kamra fl-istess lukanda, ftit ‘il bogħod mill-kamra tagħhom.

il-mewt ta’ O’Riordan tħabbret illejla ħabta u sabta, fl-età ta’ 46 sena.

Kelliem għall-kantanta ta din l-aħbar li ħasdet lil bosta, fejn spjega li O’Riordan kienet tinsab Londra hekk kif kienet qed tirrekordja.

Is-sena l-oħra The Cranberries ħabbru li kienu ser iwettqu tour madwar l-Ewropa madanakollu f’Mejju tal-2017 kienu kkanċellaw il-pjanijiet minħabba saħħet il-kantanta.

Il-band minn Limerick laqħet il-quċċata tax-xena mużikali fis-snin 90 b’fost oħrajn bil-kanzunetti Zombie, Linger u Dreams.