Internazzjonali

Iżommu lil uliedhom ostaġġi f’darhom marbuta bil-ktajjen

F’Kalifornja l-Istati Uniti, żewġ ġenituri ġew arrestati wara li l-pulizija sabu b’dak li hu maħsub li huma wliedhom, 13 b’kollox, fosthom tfal fl-età minn sentejn sa 29 sena miżmuma ostaġġi fid-dar tagħhom, uħud minnhom marbuta mas-sodod tagħhom bil-ktajjen u l-katnazzi. Il-koppja, David Allen Turpin ta’ 57 sena u Anna Turpin ta’49 ,se tiġi akkużata b’tortura u li żammew tfal fil-periklu.

Id-dar tal-koppja tinsab f’Perris, madwar 95 kilometru lil hinn minn Los Angeles. Il-Pulizija ġiet mgħarrfa bil-każ minn waħda mill-vittmi, tifla ta’ 10 snin li rnexxielha taħrab il-Ħadd li għadda u ċemplet in-numru ta’ emerġenza minn telefon ċellulari li sabet id-dar.

It-tifla qalet li ħutha qed jinżammu ostaġġi mill-ġenituri tagħhom.

It-tfal kollha ttieħdu l-isptar fejn qed jingħataw kura hekk kif kollha nstabu f’qagħda ħażina ta’ saħħa għaliex ma kinux qed jieklu.