Lokali

Jgħid li daħħal ammont sostanzjali ta’ droga f’Malta għal €1,000

L-Isqalli li nhar il-Ħamis li għadda kien arrestat fil-Ħamrun wara sejba ta’ madwar 32 kilogramma kannabis u €42,000 li nstabu fil-vettura tiegħu, sostna li hu kien ġie mitlub minn żewġ Maltin sabiex jimporta d-droga f’pajjiżna minn Sqallija għal ħlas ta €1,000.

Dan hekk kif Salvatore Coco qed jiġi akkużat b’assoċjazzjoni mat-traffikar ta’ kannabis, importazzjoni u pussess ta’ droga li ma kinitx għall-użu personali tiegħu, kif ukoll ħasil ta’ flus. Michael Aquilina u Gordon Schembri, mill-Mosta u Floriana rispettivament, qed ikunu akkużati fost oħrajn li assoċjaw ruħhom ma’ persuni sabiex ibigħu jew jittraffikaw u jimportaw id-droga kif ukopll b’ħasil ta’ flus.