Lokali

Jiġbru l-flus għall-funeral tal-Isqof Malti fil-Kenja

F’Malindi fil-Kenja, il-komunita’ fqira li tant ħadem għaliha l-Isqof Malti Emmanuel Barbara qed tagħmel ġabra sabiex bejn għada u l-Ħamis isir il-funeral fost il-komunita’ Afrikana.

Dn il-komunita’ hija waħda fqira ħafna, u għalhekk biex jorganizzaw il-funeral kien hemm bżonn li d-Djoċesi ta’ Malindi tirrikorri għad-donazzjonijiet tal-pubbliku, saħansitra dak Malti.

Il-funeral fil-Kenja se jkun jikkonsisti fi vġili f’diversi villaġġi tad-Djoċesi li kien imexxi l-Isqof u se jsir fuq jumejn.

Wara l-funeral fil-Kenja, l-Isqof Malti mistenni jingħata jinġieb Malta u jingħata tislima xierqa mill-Knisja f’Malta.

Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jagħmlu dan fuq il-kont bl-isem CATHOLIC DIOCESE OF MALINDI bin-numru 0220142859151 bil-bank huwa I & M BANK LTD, PINE-COURT BUILDING, MALINDI BRANCH, SWIFT CODE (BIC):IMBLKENA

Għal aktar informazzjoni tistgħu tagħmlu kuntatt mal-grupp Mzungu Mission li jagħmel xogħol volontarju f’din id-Djoċesi.