Lokali Qorti

Jinħeles mill-akkużi ta’ vjolenza domestika wara ‘episodju ta’ amnesija’

Libjan residenti San Pawl il-Baħar ġie liberat mill-akkużi ta’ vjolenza domestika.

Dan wara li s-sieħba ta’ Ans Algheziwi, li kienet rrapurtatu fl-Għassa tal-Qawra, sostniet li ma tiftakar xejn dwar x’kien seħħ.

Il-Libjan tressaq il-Qorti wara li mara ta’ nazzjonalità barranija li kienet ilha tgħix miegħu 6 xhur, marret l-Għassa wara li allegatament kienet aggredita b’ċintorin.

Il-vittma, li kienet ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi ħfief fosthom ukoll gdim, xehdet fil-Qorti li ma tiftakarx li seħħet l-aggressjoni minn seħibha meta allegatament kien taħt l-effett tal-alkoħol.