Il-Gvern qed jgħid li l-postijiet tax-xogħol fl-Actavis huma salvagwardjati. Il-ħaddiema qed jgħidu li din hija biss gidba. Dan jista’ jiġi konfermat minn intervista li kiseb dan l-istazzjon ma’ wieħed mill-ħaddiema li se jispiċċa issensjat. L-istess impjegat tal-Actavis fakkarna ukoll fil-garanzija ta’ xogħol li kienu ingħataw il-ħaddiema qabel l-elezzjoni.
L-istorja tal-Actavis ġiet żvelata mill-programm Net Live fejn issa huwa ċar li minkejja l-wegħdi kollha, il-ħaddiema ta’ din il-fabbrika ma ffirmaw l-ebda karti…u sal-aħħar tax-xahar se jispiċċaw jitkeċċew.
Il-ħaddiem il-tkellem magħna insista li din mhix kwistjoni politika. Anzi, fin-nofs hemm l-għixien ta’ 50 familja li jiddependu minn dan il-post tax-xogħol.
//= $special ?>

