Lokali

Velja fil-Belt Valletta 3 xhur wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Fl-okkażjoni mit-tielet xahar tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, illum fil-Belt Valletta kienet organizzata velja quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir li jinsab quddiem il-Qorti, fejn hemmhekk matul dan l-aħħar xhur tpoggew fjuri u xemgħat quddiem ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia.

Sadanittant illum saret ukoll velja f’Londra quddiem l-uffiċċju tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta. Waqt din il-velja kien hemm diversi messaġġi biex tintemm l-impunità f’Malta waqt li tpoġġew fjuri u ritratti ta’ Daphne Caruana Galizia quddiem il-bieb tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta.