F’Londra, quddiem il-Kummissjoni Għolja Maltija illejla wkoll kienet organizzata velja hekk kif illum huwa proprju 3 xhur mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Għall-velja f’Londra attendiet folla numeruża, kemm Maltin li jgħixu f’Londra kif ukoll numru ta’ barranin.
Malta bieb tal-Kummissjoni Għolja twaħlu diversi messaġġi kif ukoll ritratti tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Dan kollu bil-għan li filwaqt li tiġġedded u tiġi rispettata l-memorja ta’ Daphne, l-għajta għall-ġustizzja tkompli tippersisti.










