Internazzjonali

Arrestat eks-aġent tas-CIA

Jerry Chun Shing Lee, eks-aġent tas-CIA, kien arrestat fuq suspetti li kien spjun għaċ-Ċina. L-akkuża uffiċjali kontrih s’issa hi li kellu fil-pusses tiegħu informazzjoni li mhux suppost. Lee kien ħadem għas-CIA bejn l-1994 u l-2007. Il-każ hu mifhum li hu marbut ma’ każ li l-FBI bdiet tinvestiga fl-2012. Investigazzjoni dwar kif il-ħidma tas-CIA fiċ-Ċina kienet tkissret. Fis-sentejn qabel ma bdiet l-investigazzjoni, mal-20 persuna li kienu jgħaddu l-informazzjoni s-CIA nqatlu jew kienu arrestati u dan kien tqies bħala l-akbar disfatta għas-CIA fl-istorja reċenti. L-uffiċjali Amerikani ma setgħux jistabbilixxu jekk dan kienx minħabba spjun fi ħdan is-CIA jew għaliex kienet insterqet xi informazzjoni. Issa jidher li Lee kien qed igħin is-servizzi sigrieti Ċiniżi.