Lokali Parlament

Fil-pajjiż għad hawn dieqa dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg tkellmet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u qalet li fil-pajjż hawn dieqa wara dan il-qtil. Hi poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar artiklu ta’ Daphne Caruana Galizia għax għandu jkun parti mir-records tal-Kamra fejn sostniet li s-sitwazzjon kienet iddisprata.

Fl-Aġġornament id-deputat Nazzjonalista spjegat il-mod kif inqatlet Daphne Caruana Galizia bil-karozza bomba. Hi qalet li kellha ftit weraq tr-rand mis-siġra li kellha Daphne fil-ġnien tagħha u talbet li dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Hi sostniet li r-rand ifisser ħafna anki mill-aspett storiku u tintua bħala simbolu għal min qed ifakkar kontinwament f’dak li ġralha Daphne Caruana Galizia fil-perseveranza gall-ġustizzja.

Claudette Buttigieg sellmet lill-familja ta’ Daphne Caruana Galiza u lill-ġenituri tagħha flimkien ma ħutha. Id-deputat Nazzjonalista sellmet lin-nisa ta’ Occupy Justice li qed jgħallmuna dwar il-perseveranza.