Lokali Parlament

FILMAT: Muscat irid jibqa’ għaddej bil-VGH

Illejla d-diskussjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jemmen li l-Gvern għandu jibqa’ għaddej bid-deal tal-isptarijiet. Sostna dan Muscat innifsu f’kummenti li ta lill-programm Net Live.

Provajna nieħdu wkoll il-kummenti tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, iżda hi baqgħet għaddejja u injorat id-domanda tagħna.

Id-deputat Deo Debattista min-naħa tiegħu ma eskludiex li d-deal jaqa’ jekk “in-negozjati ma jimxux” – kumment illi juri biċ-ċar li fil-Grupp Parlamentari Laburista hemm pożizzjonijiet diverġenti fuq dan id-deal tal-VGH.