– Claudette Buttigieg, PN
Fid-dibattitu dwar is-settur tas-saħħa, id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-Gvern għamel ftehim mal-VGH, li ma mxewx mal-ftehim iżda l-gvern ħallihom jinnegozjaw ma’ kumpanija oħra biex biegħu l-istes sptarijiet.
Hi kompliet li ċ-ċifri u n-numri tneħħew mill-kuntratti li tpoġġew fil-parlament. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-VGH ma jistgħux ikunu fdati u hemm u suspetti dwar kif saru l-kuntratti.
Il-PN qatt ma qabel ma dak li għamel il-Ministru Konrad Mizzi f’dawn il-ftehim. Hi qalet li l-Prim Ministru għandu jmur il-qorti kif għamel fil-każ ta’ Gaffarena dwar il-kuntratti mal-VGH. Anki l-MAM sostniet li l-VGH m’għamlet xejn ħlief li rranġaw il-faċata ta’ San Luqa li għad lanqas hi lesta.
//= $special ?>