Lokali Parlament

Il-kuntratt mal-VGH sar biex ifalli u xi ħadd idaħħal il-flus – Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jsostni li r-responsabiltà tinsab f'idejn il-Ministru Chris Fearne

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li l-kuntratt mal-VGH sar apposta biex ifalli u xi ħadd idaħħal il-flus.

Fid-dibattitu parlamentari dwar is-settur tas-saħħa Adrian Delia qal li dan hu negozju u spekulazzjoni u mhux każ ta’ servizzi lill-poplu. Hu sostna li f’Lulju 2015, il-Ministru Konrad Mizzi ħabbar investiment ta’ Barts u 5,000 student li kellhom imorru f’Għawdex. Fir-realtà jkun qed jinsteraq iż-żgħir, dan l-istudenti li ġew qed jużaw klassi fis-6th form ta’ Għawdex.

F’Gunju 2016 il-VGH ħadu l-isptarijiet u l-ħaddiema ma kinux jafu x se jsir minnhom. Il-ħaddiema hekk għadhom u ma jafux minn fejn ġejja l-paga. F’Awissu 2016 l-Ministru Fearne inawgura l-helicpter tal-VGH li se titħallas €1 miljun fis-sena meta qabel kien jiswa €200,000 skont l-użu lill-FAM. S’issa ftit li xejn intuża u se jiwsa €30 miljun. Adrian Delia kompla li l-poplu se jħallas għal dan is-servizzi anki jekk ma jintużax il-helicopter.

F’Ottubru 2016 il-kuntratt mal-VGH kien pubblikat iżda minnu tħallew ħafna partijiet barra tant li ġie ma jagħmilx sens. F’Novembru 2016 il-unions talbu lill-PAC biex jinvestigaw il-kuntratt. Il-ħaddiema għadhom ma jafux x’se jiġri minnhom u ma jafux ma min jaħdmu. Ħadd ma jaf min hi l-VITALS jew mal-kumpanija l-ġdida.

F’Lulju 2017 kjien żvelat li l-VGH se jitħlalsu €70 miljun fis-sena; €2,000 miljun fi 30 sena. Kull ġurnata l-poplu ħallas €190,000 lill-VGH u ma ħa xejn lura.

Il-VGH se jitħallas €36 miljun minn Barts minbarra l-miljuni l-oħra f’Diċembru tal-2017. Dan 10 ijiem qabel id-direttiva tal-UE kontra l-ħasil tal-flus il-VGH biegħ l-isptar lil terzi persuni. Il-Gvern daħħal biss €1 biss minn dan il-ftehim. Din hi serqa u ħadma għaliex ma sar l-ebda investiment mill-VGH.

In-negozju falla u l-gvern għamel klawosla li jekk VGH ifallu u jonqsu, il-gvern itihom €80 miljun biex jieħu l-art lura. Dan il-proġett kien intiż speċifikament biex ifalli u min kellu jaqla’ l-flus mill-proġett kien qse jagħmel dan jekk il-proġett ifalli.

Adrian Delia kompla li l-Gvern ta l-isptarijiet lill-VGH li m’għandhom l-ebda esperjenza flok lit-tobba Maltin. Hu staqsa jekk kollox sarx biex il-l-ftehim ifalli u xi ħadd idaħħal il-flus. Il-ħażin sar u hu evidenti u għandha issir ġustizzja dwaru. Min żbalja u min għamel il-ħażin irid iħallas.

Il-Kpa tal-Oppożizzjoni kompla li l-Ministru Fearne li dak li ħara kien ħażin u qalha meta ammetta li dawk li kien hemm kienu gidba. Il-Ministru Fearne għandu l-għażla li jbiegħ lil Malta lil ħaddieħor jew jiffirma biex l-isptarijiet jerġgħu jiġu lura għand il-Maltin. Il-PN jemmen fit-tobba Maltin u jrid li l-Maltin jieħdu l-isptarijiet lura, sostna Adrian Delia.