– Fredrick Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li l-VGH m’onoratx il-kuntratt mal-gvern iżda l-Gvern xorta baqa’ jgħaddilhom il-miljuni.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li l-VGH mhix se tibqa topera l-isptarijiet u sostna li l-PN mhux kontra l-privatizzazzjoni iżda mhux f’settur delikat bħas-settur tas-saħħa. Hu kompla li s-saħħa m’hix transazzjoni kummerċjali.
Dan hu nuqqas ta’ trasparenza u nuqqas ta’ governanza tajba u għalhekk il-gvern għandu jagħtu tweġibiet ċari għall-mistoqsijiet li qed isiru minħabba li l-ftehim kien imdawwar b’segretezza u korruzzjoni. Il-VGH kienet se ddaħħal €70 miljun fis-sena meta din ma kellha l-ebda esperjenza fis-settur.
Fredrick Azzopardi kompla li l-VGH ma żammitx il-wegħdi li kienet obbligata li kellha tagħmel iżda xorta baqgħet titħallas €70 miljun. Il-gvern ħalla lill-VGH tbiegħ il-konċessjoni li ħadet minn fuq il-poplu Mali, qisu tagħha meta ħadd ma jaf ta’ min hi l-VITALS. Dan il-ftehim kien skandlauż u kellu jkun irtirat.
//= $special ?>