Wara l-każ li kien hemm f’Hawaii, fl-Istati Uniti, issa kien imiss li fil-Ġappun tinħareġ twissija li kienet sparata missila u biex in-nies ifittxu l-kenn. Il-NHK, ix-xandir pubbliku Ġappuniż, l-Erbgħa għamel apoloġija għal avviż li nħareġ bi żball li l-Korea ta’ Fuq kienet sparat missila lejn il-pajjiż. Il-NHK qal li kellha tinħareġ breaking news oħra minn impjegat minflok dik tal-missila. Dan il-messaġġ kien tħejja mill-NHK f’każ ta’ emerġenza. Diversi missili mill-Korea ta’ Fuq li kienu sparati bi prova fil-passat għaddew qrib jew minn fuq it-territorju Ġappuniż. Dan kien irtirat wara ħames minuti, l-ewwel minn fuq l-Internet u mbagħad b’apoloġija fuq il-mezzi l-oħra tax-xandir.
//= $special ?>Jinħareġ avviż ieħor bi żball ta’ sparar ta’ missila…din id-darba fil-Ġappun
17 ta' Jannar 2018

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES

