Lokali Parlament

Kumpaniji barranin qed jagħmlu biss profitt enormi minn fuq is-settur tas-saħħa lokali

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-PN ma jaqbilx li l-isptarijiet pubbliċi jiġu privatizzazzti lil kumpaniji li jeżistu biss biex jagħmlu l-profitti u m’għandhomx mottiv li jagħmlu l-ġid lill-poplu kif inhi Stewart.

Fid-dibattiu parlamnetari dwar is-saħħa, Claudio Grech qal li għall-PN, il-pazjent jiġi qabel il-profitt. Il-Gvern ma kellu l-eba mandat li jagħmel din it-transazzjoni, li saret bl-aktar mod riskjuż fuq il-pajjiż u fuq is-servizzi tas-saħħa pubbliċi li ngħataw biex il-privat jagħmel profitt minnu. Kien il-PN li daħħal il-kunċett tal-parteċipazzjoni tas-settur privat u kien il-Gvern Laburista li fl-2013 beda jwaqqaf is-ervizzi li kien jagħti l-privat.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech appella lill-Ministru tas-Saħħa biex l-isptarijiet pubbliċi jkunu intiżi għall-poplu Malti u għalhekk l-isptarijiet għandhom jtitieħdu lura f’idejn il-gvern Malti.