Lokali Parlament

L-Għawdxin qed jintlaqtu ħażin mill-ftehim skandaluż mal-VGH

(Arkivji)

– Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li dan hu ftemim skandaluż li bih se jintlaqat direttament il-poplu Għawdxi, fejn hemm sptar wieħed biss. Minkejja dan il-Gvern baqa’ għaddej bil-privatizzazzjoni u qed jirrifjuta li jippubblika l-ftehim ma’ VITALS.

Fid-dibattitu parlamentari dar is-saħħa Chris Said qal li VITALS m’għandhom l-ebda esperjenza fis-settur tas-saħħa lanqas biex jissellfu l-flus għall-investiment. Fil-fatt dawn ma rnexxielhomx jissellfu l-flus la minn Malta u lanaqas minn barra għaliex ma kellhomx is-saħħa finanzjarja.

Minkejja dan, il-Gvern baqa’ għaddej u pprivtaizza l-isptarijiet, inkluż ta’ Għawdex. Il-Gvern oġġezzjona li l-kuntratt ikun diskuss fil-Kumitat tas-Saħħa iżda ċeda li jmur għand l-Awditur Ġenerali u fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi.

Dan bit-tama li l-Awditur Ġenerali jdum madwar sena biex jinvestiga minħabba x-xogħol li għandu. VITALS ma setgħux ikomplu jwettqu dak li intrabtu li jagħmlu u ma wettqux il-proġett li kenu wegħdu fosthom l-iskola medika u l-isptar ġdid. VITALS lanqas flus biex jibdlu l-wipers tal-ambulanzi m’għandhom. Il-Gvern għandu jispjega x’investiment wettqu VITALS kuntrarjament għall-investiment li wettaq Gvern Nazzjonalista fis-settur mediku f’Għawdex.