– Simon Busuttil, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li l-ftehim mal-VGH hu wieħed korrott li fih il-Gvern Laburista biegħ l-isptarijiet u l-apparat mediku għal €1.
Fid-dibattitu parlamentari dwar is-saħħa Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru ikkonferma li anki fid-deal tal-aħħar jien fejn il-VGH għaddew il-kuntratt lil kumpanija Amerikana kien hemm involut Konrad Mizzi u Keith Schembri. Għandu jkun spejgat l-inovlviment ta’ Mizzi u Schembri f’dan il-ftehim.
Hu kompla li l-ftehim tal-VGH kien ħadma bil-privatizazzjoni ta’ tliet spartijiet pubbliċi, fosthom l-uniku sptar ta’ Għawdex. Il-Gvern ftehim mal-VGH qabel ma kienet finalizzata l-offerta. Dan bla ma l-gvern kien jaf min huma l-VGH u meta dawn kienu bla esperjenza. Il-pajjiż intrabat għal 30 sena u issa għal 100 sena u l-isptarijiet ingħataw għal €1 biss bit-tagħmir kollu.
Id-deputat Nazzjonlaista kompla li l-VGH tħallsu miljuni kbar minn fuq il-poplu u s-CEO tal-VG hu magħruf għalkemm jonqof l-addoċċ fuq affarijiet li m’humiex importanti iżda fil-bżonnjużi fl-Isptar Karin Grech ma sar l-ebda investiment.
Simon Busttil qal li l-VGH m’għamlu l-ebda investiment u ma laħqu l-ebda mira. Iżda minkejja dan u flok ħadu l-isptarijiet lura, il-Gvern ħalla li dawn jgħaddu lil kumpanija oħra qabel kien hemm il-kunsens tal-gvern. Wara 30 sena l-poplu jrid iħallas €80 miljun biex l-isptarijiet jittieħdu lura. Għadu mhux stabbilit jekk il-ftehim sarx.
Simon Busuttil kompla li l-ftehim kien innegozjat fl-interess tas-CEO tal-VGH u min hemm warajh. Għalhekk il-ftehim għandu jitwaqqaf immedjatament għax hu dubjuż, fażull u korrott.
//= $special ?>