Lokali Saħħa

Mill-ġdid traċċi ta’ Leġionella f’Monte Karmeli

Sptar Monte Karmeli - Ritratt mill-arkivji
Il-kriżi ta' telqa f'dan l-isptar tkompli teskala

Ikompli d-diżastru u l-ambjent inuman li qed jgħixu fih il-pazjenti tal-isptar Monte Karmeli hekk kif issa hemm ukoll każi ġodda ta’ Leġionella.

Din mhix l-ewwel okkażjoni fl-aħħar xhur illi kien hemm il-virus tal-Leġionella f’dan l-isptar.

Ilbieraħ dan is-sit kiseb ritratti esklussivi tal-istat li qed jgħixu fih il-pazjenti. B’sodod maġenb xulxin, bla ebda privatezza, u bil-kmamar tal-banju saħansitra bil-madum u ħġieġ imkisser. L-ewwel reazzjoni tagħna hekk kif għexna dan l-ambjent kienet dik ta’ xena minn sptar tat-tieni gwerra dinija. Huwa inuman l-istat li qed jgħixu fih dawn il-pazjenti, pazjenti li tant għandhom bżonn għajnuna.

Madanakollu l-pazjenti, b’mod partikolari dawk tas-sala 3A jgħixu f’kundizzjonijiet “tal-biki” bl-ilma jqattar u pajpijiet bl-ilma ħiereġ minnhom.