Lokali Parlament

In-nanniet għanhdom dritt jaraw lin-neputajiet

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonlista Ivan Bartolo qalli n-nanniet għandhom dritt jaraw lin-neputajiet tagħhom u m’għandhomx ikunu mċaħħda minnhom.

Fl-Aġġornament Ivan Bartolo tkellem dwar in-nanniet u qal li dawn gaħndhom sehem importanti ħafna fil-familji Maltin. In-nanniet huma importanti ħafna fit-trobbija tan-neputajiet u n-nanniet għandhom igawdu minn dak li hu tagħhom. In-neputijiet huma l-ikbar episodju ta’ ferħ għan-nanniet.

Ivan Bartolo kompla li s-sensazzjonijiet tan-nanniet huma inspjegabbli u għalhekk min mhux jesperjenza dawn is-sensazzjonijiet qed ibatu għax qed jiġu miċħuda. Dan qatt m’għandu jseħħ.

Ivan Bartolo kompla li hemm nanniet li ma jħossu xejn għan-neputajiet u sostna li hemm ukoll tbatija ta’ nanniet li jkunu mċaħħda min-neputajiet tagħhom. Hu sostna li n-nanniet qed jissostiwixxu lill-baby sitters u qed jiffurmaw il-karattru tan-neputajiet.