Fil-ġranet li ġejjin ser tkun qed titwaqqaf union ġdida għall-edukaturi Maltin. Grupp ta’ edukaturi se jibdew l-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ union ġdida bl-isem ta’ Union of Professional Educators (UPE) – Voice of the Workers.
Fi stqarrija ntqal li fuq talba ta’ ħafna edukaturi Maltin, inħasset il-ħtieġa li titwaqqaf union li tassigura rappreżentanza qawwija tal-interessi tagħhom u li tipprovdi servizzi lill-membri.
Għal dan il-għan twaqqaf kumitat temporanju biex jieħu ħsieb il-proċess ta’ reġistrazzjoni magħmul minn, Rita Catania, David Rossi u George Debono.
Aktar dettalji se jitħabbru aktar ‘il quddiem.
//= $special ?>