Internazzjonali

Twissija tal-Europol dwar pistola ġdida

L-Europol, l-aġenzija tal-Pulizija fl-Unjoni Ewropea, ħarġet twissija lil korpi tal-Pulizija Ewropei dwar pistola ġdida li ħarġet għall-bejgħ. Pistola li qed tinbiegħ taħt l-isem Lifecard propju għaliex bħala daqs fiha kważi daqs credit jew debit card. Il-pistola tat-tip .22, minn kumpannija Amerikana, hi twila 5.8 cm u għolja 5.40 cm u wiesa’ 1.27 cm u tiżen madwar 200 gramma.