Lokali Parlament

Wara li l-VGH fallew…il-gvern għandu jieħu lura Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

– Stephen Spiteri, PN

Quddiem il-falliment fin-negozjati bejn il-Gvenr u l-VGH, il-Gvern għandu jieħu lura l-isptarijiet San Luqa, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u Karin Grech.

Fid-dibattitu parlamentari dwar is-settur tas-saħħa, id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-ftehim mal-VITALS (VGH), li issa irtirat mill-kuntratt falla għax l-investiment ma laħaqx il-miri li kellu jilħaq. Hu semma’ Għawdex u qal jrid ikun assigurat li minħabba li hemm sptar wieħed, il-privat ma jkollux intenzjonijiet differenti.

Anki l-unions, inkluż il-MAM, qed juru tħassib kbir dwar dawn il-kuntratti. Il-VGH innegozjaw bla parteċipazzjoni tal-partijiet involuti fis-settur. Il-Gvern wasal biex anki iċċensura l-kuntratti tas-settur tant li anki l-Viċi-Prim Ministru ħa dan il-kuntratt għall-investigazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla lil-Gvern hu marbut li jagħti €70 miljun fis-sena biex jitmexxew it-tliet sptarijiet u li jrid jikri 712-il sodda kuljum anki jekk ikun hemm minnhom vojta. Hemm kuntratt ta’ €30 miljun fi 30 sena għal ambulanza bl-ajru biex ikunu trasportati pazjenti bejn Għawdex u Malta. Il-VGH kellha tibni l-iskola medika ta’ Barts sa Lulju 2017 iżda din ma tlestiex u għad hemm biss ħofra. Barts illum huma irritati dwar dan u dwar in-negozjati. Hemm ukoll garanzija ta’ eluf ta’ ewros oħra għal servizzi oħra.

L-Oppożizzjoni mhix kontra s-settur pirvat iżda kontra l-mod ki saru l-affarijiet fosthom li l-kumpanija li ngħażlet m’għandha l-ebda esperjenza. L-Oppożizzjoni hi mpenjata li l-anzjani jkollhom l-aħjar kura, sostna Stpehen Spiteri, li qal li l-Oppożizzjoni trid tiddiksuti l-kuntratt bejn il-VGH u l-Gvern u bjen il-VGH u Stewards.

Hu semma l-ħaddiema u qal li hemm inċertezza fis-setturi kollha u appella lill-Gvern biex jikkunsidra li jerġa’ jieħu t-tliet sptarijiet lura f’idejn id-Dipartiment tas-Saħħa.