Numru ta’ persuni twaqqfu mill-Pulizija tal-Guardia di Finanza fl-Italja, u qed jiġi investigat ukoll il-President tal-klabb tal-futbol FC Bari 1908, b’rabta ma’ investigazzjoni li ssemmiet ‘Back to Malta’.
L-investigazzjoni, li għadha għaddejja, hi dwar it-tliet aħwa Ciccolella (Corrado, Vincenzo u Antonio) minn Molfetta, akkużati li fallew il-grupp Ciccolella bi skop ta’ frodi.
Minn dokumenti u informazzjoni oħra sekwestrata mill-Pulizija joħroġ li saru manuvri biex fallew il-kumpanija Ciccolella spa, li kienet kwotata fil-Borża u li falliet f’Jannar tal-2015. Mhux hekk biss, iżda saru wkoll manuvri ta’ riċiklaġġ tal-flus, fosthom tranżazzjonijiet kumplessi ta’ flus u kwoti soċjetarji.
Hu hawn fejn tidħol Malta. Dan hekk kif instab li l-akkużati użaw pajjiżi barranin, fosthom ir-Renju Unit imma fuq kollox pajjiżna, biex għaddew il-flus u ppruvaw jaħbu dak li kienu qed jagħmlu.
//= $special ?>