Lokali

BNF Bank iniedi offerta ġdida tal-Home Loan

Jekk qed taħseb biex tixtri l-ewwel dar tiegħek jew tbiddel il-propjeta’ fejn toqgħod, l-offerta ta’ self minn BNF Bank, maħsuba għal dan il-għan hija l-aħjar soluzzjoni għalik.

Dan is-self jista’ jintuża għal xiri ta’ propjetà, bini, rikostruzzjoni jew alterazzjoni fil-propjetà li tkun qed tinxtara. Peress li nafu li l-bżonnijiet tiegħek ma jieqfux hawn, parti minn din l-offerta tinkludi wkoll self għal xiri ta’ kċina, solar water heaters, air conditioners, u sistemi fotovoltajiċi li se jiġu nstallati fil-propjetà li tkun qed tinxtara.  Minbarra l-beneffiċji msemmija, tista’ tieħu self addizjonali biex tiffinanzja rekwiżiti personali.

“L-offerta tal-Home Loan ġiet maħsuba apposta biex taqdi l-ħtiġijiet varji tal-klijenti tagħna.  Bħala Bank nemmnu f’relazzjoni trasparenti u sempliċi li tagħmel il-ħajja tal-klijent tagħna aktar faċli”, ikkumenta s-Sur Melvin Pellicano, Head Business Development tal-BNF Bank.  “Aħna nifhmu li d-deċizjoni  fuq xiri ta’ dar, hija mportanti ħafna għal klijenti tagħna.  Il-klijenti se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ imgħax aħjar” huwa saħaq.

Aktar informazzjoni dwar l-offerta tal-Home Loan tista’ tinkiseb mill-fergħat kollha tal-BNF Bank f’Malta u Għawdex, billi żżur il-website www.bnf.bank/home-loan-offer, iċċempel fuq (+356) 2260 1000 jew billi tibgħat email fuq customercare@bnf.bank

Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Is-self u credit cards huma suġġett għall-kriterji normali ta’ self tal-Bank. Il-Bank għandu dritt li jemenda jew jwaqqaf dan il-prodott skont id-diskrezzjoni tiegħu. BNF Bank plc huwa liċenzjat mill-MFSA biex joffri servizz bankarji skont it-termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju tal-1994 u membru fl-iskema ta’ kumpens lid-depożitant kif stabbilit permezz ta’ l-Avviż Legali 383 tal-2015. Reġistrat f’ Malta C41030 – 203, Level 2, Rue D’ Argens, Gżira, GZR 1368, Malta.