Malta kellha t-tieni l-ogħla żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà fit-tielet kwart tas-sena li għaddiet. Dan meta mqabbel mat-tieni kwart tal-istess sena.
Skont ċifri tal-Eurostat, l-indiċi tal-prezzijiet tal-proprjetà f’Malta bejn Lulju u Settembru 2017 żdied b’4.3% meta mqabbel mat-tieni kwart tas-sena li għaddiet.
Meta l-istess perjodu, Lulju – Settembru, 2017 jiġi mqabbel ma’ dak tal-2016, bħala medja l-prezzijiet tal-proprjetà żdiedu b’4.6% fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
L-aktar pajjiżi li rreġistraw żieda bejn Lulju u Setttembu kienu r-Repubblika Ċeka, l-Irlanda u l-Portugall. Min-naħa tagħha l-Italja rreġistrat l-aktar tnaqqis.
Madankollu jekk tqabbel dawn ix-xhur (Lulju, Awwissu u Settembru) max-xhur April, Mejju Ġunju l-Irlanda kienet l-akbar pajjiż li kellha żieda fil-prezzijiet, isegwuha Malta u l-Olanda. Ir-Rumanija, il-Fillandja u l-Italja kienu l-ewwel tliet pajjiżi li rreġistraw tnaqqis fil-prezzijiet tal-proprjetà.
//= $special ?>
