Is-sewwieq Russu Sergey Sirotkin intgħażel biex isuq il-karozza Williams u se jkun qed jagħmel dan flimkien mas-sewwieq Kanadiż ta’ 19-il sena Lance Stroll għall-istaġun li ġej.
Sirotkin intgħażel wara taqtiegħa li kellu mal-Pollakk Robert Kubica b’dan tal-aħħar issa se jkun sewwieq riserva tat-tim.
Sirotkin kien l-aħħar sewwieq li mela post l-aħħar post vojt fil-lista tal-kostrutturi tal-istaġun li ġej tal-Formula 1 li jibda bl-ewwel Grand Prix fil-25 ta’ Marzu.
Sirotkin se jkun qed jieħu post il-Brażiljan veteran Felipe Massa li rtira fl-istaġun li għadda. Claire William, Deputat Prinċipal ta’ Williams qalet li l-għażla ta Sirotkin saret wara diskussjonijiet twal.
Intant, il-ħolma ta’ Kubica li xi darba jerġa’ jsuq f’tellieqa tal-F1 kompliet issir aktar reali hekk kif dan ġie magħżul biex ikun sewwieq riserva tal-Williams.
Is-sewwieq Pollakk, li għandu 33 sena ilu ma jikkompeti għal seba’ snin minħabba li dakinhar kellu inċident serju li faċilment seta’ temmlu ħajtu.
//= $special ?>