Numru ta’ ambulanzi issejħu fi Trejqet il-Bajja f’San Ġiljan fejn ftit wara l-4pm seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni. Net News hu infurmat li r-raġel li għandu 53 sena minn Ħaż-Żebbuġ, weġġa’ gravi wara li waqgħet fuqu blata tal-konkos. Il-ħaddiem spiċċa ferut gravi f’rasu u b’numru ta’ kustilji miksura.
Sorsi mill-post qalulna li ħaddiem weġġa’ waqt li kien għaddej b’xogħol f’dan is-sit, li sa ftit ilu kienet il-lukanda Lapsi.
Il-Pulizija waslu immedjatament fil-post.
Kien hemm ukoll preżenti membri tal-Protezzjoni Ċivili li bil-vetturi tagħhom niżżlu lill-ħaddiem ferut mit-12-il sular.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
//= $special ?>