Lokali

“Hemm numru ta’ għalliema urtati; aħna qed naħdmu magħhom” – Marco Bonnici

"Għad hemm affarijiet li jridu jiġu ċċarati mal-għalliema"

“Hemm tliet membri tal-Kunsill tal-MUT li ħallew il-union. Konna ċerti li kien hemm tal-inqas persuna minnhom li sa minn Awwissu li għadda kienet qed tagħmel arranġamenti biex tifforma union ġdida”. Hekk stqarr il-President tal-Union tal-Għalliema (MUT) Marco Bonnici f’intervista li saritlu lbieraħ waqt il-programm Net Live.

Il-President tal-MUT jitkellem dwar l-għalliema li urtaw ruħhom meta ħarġu d-dettalji tal-ftehim kollettiv, u jispjega kif id-dokument ġie illikjat minn naħa ta’ xi ħadd mill-Gvern.