Internazzjonali

Ħidma kbira kontra l-Mafja Ċiniża fl-Italja

Saru rejds kbar mill-Pulizija Taljana u ta’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea f’ħidma koordinata kontra l-Mafia Ċiniża.
Ħidma li kienet koordinata minn investigaturi f’ Firenze u li kienet mlaqqma China Truck. Fost l-oħrajn saru r-rejds f’diversi bliet Taljani fosthom Ruma, Milan u Firenze u nħarġu 33 mandat ta’ arrest. L-akkużi huma li dan kien grupp bi skop mafjuż.
Jidher li dan il-grupp kriminali kien jikkontrolla id-dħul prodotti magħmula fiċ-Ċina mill-art fl-Ewropa.
Fil-ħidma kien hemm parteċipazzjoni anki tal-Pulizija Franċiża u Spanjola.
L-investigazzjoni fil-konfront ta’ dan il-grupp kien beda fl-2011 mill-Pulizija fi Prato fejn jidher li dan il-grupp kellu l-bażi ewlenija tiegħu iżda l-kap kien Ċiniż residenti f’Ruma.