Bdiewa, raħħala u produtturi ta’ diversi prodotti lokali issa jistgħu jiksbu rikonoxximent tal-kwalità u s-servizz li joffru.
Dan hekk kif tnediet l-inizjattiva Ikel ta’ Kwalità, fejn prodotti li jkunu kisbu standards superjuri fil-kwalità u s-servizz tagħhom tingħatalhom il-marka ‘Prodott ta’ Kwalità.’
Iżda l-inizjattiva ma tiqafx biss sal-kisba ta’ din il-marka. Il-produtturi se jibqgħu jiġu segwiti, u l-prodotti tagħhom traċċati, biex ikun żgurat li jirnexxielhom iżommu kwalità għolja.
Il-prodott lokali diġa hu marbut bi standards Ewropej ta’ kwalità, iżda issa se jkun ippremjat il-produttur li jagħmel sforz iżjed biex itejjeb iktar il-kwalità ta’ dak li jipproduċi.
//= $special ?>
