Il-midja soċjali ġabet raġel f’burraxka nkwiet hekk kif messaġġi privati li bgħat fuq Facebook tqiesu bħala malafamanti u libelluzi. Huwa ġie ordnat mill-Qorti jħallas €3,000 għad-danni li sofriet l-eks sieħba tiegħu.
Dan wara li l-akkużat bagħat lis-sieħeb il-ġdid tal-vittma kif ukoll lil sħaba ċertu allegazzjonijiet sensittivi. Madanakollu l-mara baqgħet tiċħad dan l-għajdut li beda jxerred l-eks sieħeb tagħha.
Għaldaqstant, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Francesco DePasquale, laqgħet it-talbiet tal-mara u ddikjarat li l-messaġġi tal-akkużat kienu infatti malafamanti.
//= $special ?>

