Internazzjonali

RITRATTI: Maltempata kbira taħkem l-Punent tal-Ewropa

in Szczecin,IL-POLONJA

Partijiet tal-Ewropa kienu maħkumin minn maltemp qalil li ġab miegħu riħ qawwi.
Tħassru wkoll ħafna vjaġġi bl-ajru u bil-ferrovija fl-Olanda u l-Ġermanja minħabba t-temp li hemm, filwaqt li fl-Italja tħassru l-vjaġġi bil-baħar.

Il-maltempata fuq l-Oċean Atlantiku, imlaqqma Friederike mill-Ġermaniżi u David mill-Olandiżi, apparti l-Olanda u l-Ġermanja affettwat ir-Renju Unit, Franza, u l-Belġju. Fil-Ġermanja, il-maltemp ingħata klassifikazzjoni ta’ uragan bir-riħ jilħaq il-qawwa ta’ 130 kilometru fis-siegħa.