Kawża tar-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat, inqalbu tined li ntramaw apposta għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-V18 li se jsiru s-Sibt li ġej fil-Belt Valletta. Fortunament ħadd ma’ weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.
Madwar il-Belt Valletta bħalissa hemm ħafna armar ta’ dan it-tip bi preparazzjoni għall-attivitajiet tas-Sibt li ġej, u r-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin mhux qed jagħmilha faċli.
Residenti li tkellmu ma’ Net News qalulna li jinsabu inkwetati b’dan l-inċident għaliex li kiku seħħ waqt li kienu miġbura n-nies, dan kien iwassal biex ikorru xi persuni.
Għaldaqstant jidher li sar kuntatt mal-kumpanija li ħadet ħsieb dawn it-tined, TEC Malta, kumpanija li tirbaħ diversi kuntratti tal-Gvern, sabiex jaċċertaw li inċident bħal dan ma’ jirrepetix ruħu u jassiguraw li t-tined ikunu marbuta tajjeb.
It-temp fil-ġranet li ġejjin mistenni jibqa’ wieħed kiesaħ u b’riħ qawwi.