Tania Borg, ta’ 35 sena minn Ħ’Attard ma ngħatatx il-libertà proviżorja wara li wieġbet mhux ħatja li ffrodat aktar minn €100,000 lil 13-il persuna.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, hi kienet akkużata fost l-oħrajn li b’mezzi kontra l-Liġi għamlet qligħ b’qerq ta’ aktar minn €10,000 kull wieħed għad-dannu ta’ bosta persuni. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Anna Marie Xuereb u Elton Taliana.
Il-Maġistrat Mifsud appella biex dawk li jixtiequ jaqilgħu lira ta’ malajr, jagħmlu dan billi jinvestu f’istituzzjonijiet serji u mhux jaċċettaw kwalunkwe lixka ta’ xi ħadd li jmur jistadhom għal flushom.
It-talba tad-Difiża għal-libertà proviżorja kienet miċħuda mill-Qorti wara oppożizzjoni mill-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>